Posts

Maħtufin biex niltaqgħu ma' Sidna

Image
Il-Kristjani kollha jħarsu ’l quddiem għat-tieni miġja ta’ Kristu. Aħna lkoll qed “nistennew dik it-tama mbierka u d-dehra glorjuża t’Alla l-kbir u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu” (Titus 2:13). Sidna Ġesù qiegħed iħejji post għalina; hu għad jerġa’ jiġi u jilqagħna għandu biex fejn ikun hu, inkunu aħna wkoll (ara Ġwanni 14:1-3). Fil-miġja tiegħu, il-Mulej se jqajjem l-Insara li jkunu laħqu mietu, u lilna li nkunu għadna ħajjin, Ġesù se jbiddel ġisimna f’wieħed immortali. Ilkoll flimkien ninħatfu u niltaqgħu ma’ Sidna fl-ajru u hekk inkunu dejjem mal-Mulej (1 Tessalonikin 4:13-18; 1 Korintin 15:50-58). Storikament, l-Insara kienu jqisu li l-ħatfa tal-knisja bħala parti mill-avvenimenti li se jseħħu fit-tieni miġja ta’ Kristu. Mar-ritorn ta’ Kristu se jkun hemm il-qawmien mill-mewt ta’ kulħadd, tajbin u ħżiena; il-ħatfa tal-knisja; il-ġudizzju finali; tmiem id-dinja, u l-ħolqien ta’ smewwiet u art ġodda. Madankollu, bl-influwenza ta’ John Nelson Darby (1800-1882), u oħrajn, illum ħafna In

Linji Gwida dwar il-Festi

Image
Il-Knisja Evanġelika Trinità hi kommessa għall-prinċipju sola Scriptura, jiġifieri nemmnu l-Iskrittura biss bħala l-ogħla awtorità għalina. Speċifikament inżommu mal-prinċipju regolattiv tal-qima, ċoè, bħala miġemgħa miġbura jmissna nqimu lil Alla bħalma dderiġiena hu stess f’Kelmtu, filwaqt li neskludu kulma ma kmandax.  Konsegwentement, il-festi tradizzjonali, bħalma huma l-Milied u l-Għid, m’għandniex nosservawhom. Aktar minn hekk, fid-dawl tal-prinċipju regolattiv, kwalunkwe statwi, films, mima, żfin, recti u invenzjonijiet moderni oħra għandhom ikunu mwarrba totalment mill-qima li noffru lill-Mulej.  Issa, billi aħna ħielsa fi Kristu, u bħala nies imsejħa biex nagħtu xhieda tiegħu, m’għandniex norbtu lilna nfusna sat-tali estremità illi naħsbu li ma nistgħux nitkellmu jew nippritkaw jew nagħtu xhieda dwar Kristu rxoxtat għax jinzerta huwa jum l-Għid. Aħna obbligati nkunu xhieda tiegħu 365 jum fis-sena, bla ma nikkonsidraw x’jum hu jew mhux. L-istess japplika għall-Milied; jekk il-

Guidelines Regarding Feast-Days

Image
Trinity Evangelical Church is committed to sola Scriptura , and specifically to the regulative principle of worship, that is, as a gathered church we are to worship God as he has directed us in his Word and excluding all that is not commanded.  Consequently, all ecclesiastical traditional feasts (Christmas, Easter, etc.) are not to be observed. In addition, the light of the regulative principle, any statues, films, mime, dancing, dramatic skits and other modern inventions are to be rejected outright in the worship of God.  However, being free in Christ, and as people called to bear witness to him, we are not to bind ourselves to such an extreme that we cannot speak and preach and witness about the risen Christ because it happens to be Easter. We are bound to bear witness to him 365 days a year, irrespective of what day it happens to be. The same applies to Christmas; if it happens to be a Sunday on the 25th December, the topic of the church sermon might well be the incarnation of the S

L-Alfabett tal-Kristjan

Image
A fda b’qalbek kollha fi Kristu Ġesù, is-Salvatur umiljat u Sid irxoxtat tiegħek. B luha tkun għalik jekk tirbaħ id-dinja kollha biex imbagħad titlef ruħek. Ċ arrat kull skuża biex tipprova tingħoġob mad-dinja, u qatta’ kull rabta mad-dnub. D ejjem u f’kull post fittex għoġob lill-Feddej, li xtrak għas-saltna eterna tiegħu. E mmen l-evanġelju u pritkah lilek innifsek kuljum, u fittex għix l-implikazzjonijiet tiegħu. F arraġ lil ħutek bl-istess vanġelu, u xandru lill-mitlufa f’kull okkażżjoni offruta lilek. Ġ arrab kull faraġ fil-fidi: immira li tkun hieni u feliċi f’Alla Trinità, li jħobbok mill-eternità. G awdi l-grazzja meraviljuża li rċevejt fi Kristu: għixha u sarrafha f’opri tajba f’kull opportunità. Għ asses u itlob, kuljum u bla eċċezzjoni, bħalma tieħu n-nifs il-ħin kollu. H ieni tkun meta tibqa’ f’Ġesù, tiddependi fuqu, qrib tiegħu, f’komunjoni ħelwa. Ħ awwel lil ruħek u moħħok fil-Bibbja Mqaddsa, biex tipproduċi l-frott tal-indiema. I mla lil qalbek bil-wegħdi kbar u prezzjuż

Il-Maħfra tad-Dnubiet

Image
Niddedika din il-kitba lill-ħbiebi Kattoliċi Ħabib, ħsibt biex niktiblek fuq suġġett li jolqotna t-tnejn: il-maħfra tad-dnubiet. Hemm diversi differenzi bejn ir-reliġjon Kattolika u l-fidi evanġelika, imma fuq dan naqblu – aħna lkoll midinbin. Jiena u inti ksirna l-liġi qaddisa t’Alla u ħaqqna l-kastig tiegħu. Għalhekk it-tnejn li aħna neħtieġu l-maħfra biex niksbu l-paċi f’ruħna matul ħajjitna u fuq is-sodda tal-mewt tagħna. Bħala Kattoliku inti tfittex il-maħfra permezz tas-sagrament tal-qrar. Minn ċkunitek inti tgħallimt li l-Mulej ta s-setgħa lis-saċerdot jaħfer d-dnubiet, u li int obbligat tistqarrhom miegħu, u tagħmel penitenza bi tpattija għal dnubietek. 1  Nistiednek tqabbel dan it-tagħlim mal-Iskrittura, il-Kelma t’Alla. Ma’ min għandna nistqarru dnubietna? Ġesù għallimna: ‘Mela itolbu hekk: “Missierna, li inti fis-smewwiet...”’ 2   Ġesù jridna nindirizzaw it-talb tagħna lil Alla l-Missier. Fost ħwejjeġ oħra qalilna nitolbuh, ‘Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati g

L-Imħabba Manifestata

Image
L-imħabba! Xi tkun, o xi tkun l-imħabba? Jew f’xiex jew f’min qatt tista’ ssib il-ġabra?    Bdejt nifhimha u għaraftha    Meta s-Sid sar bniedem bħalna, Magħluq f’post wieħed, mingħajr ġieħ jew grad, Joffri ’ll-bniedem maħfra qabel ma jkun tard.    Iddiet l-imħabba: mastrudaxxa Lhudi    Stinka fl-antik, mal-Galilija muri, Muri ma’ pubblikan u ftit sajjieda, Lest sabiex kontra d-dnub jidħol fi ġlieda.    L-imħabba mill-eternità xegħlet fiż-żmien; Bdiet bħall-ħmira f’għaġna, xterdet ma’ kullimkien.    L-imħabba hija ’nkurunata fuq salib Ħalli magħha nkun magħqud, magħha nsir ħabib.    L-imħabba niżet baxx fejn nista’ naraha jien;    Mattret idejha lejja, il-mifluġ w għajjien. L-imħabba issa tgħammar fija, ’l ruħi ngħatat, Għaliex mat-tielet jum għelbet, iva rxoxtat.    Alla hu mħabba, għax huwa biss kwalifikat    Biex jilħaq lili, vili, maħmuġ, ħati, ingrat. Miktuba minn Paul Mizzi.

O Ġesù tiegħi, kemm int kontradett!

Image
O Ġesù tiegħi, kemm int kontradett! Xi enimma fik! Kont tgħejja u torqod fid-dgħajsa, jew tieqaf tistrieħ mal-ħorża tal-bir, u frattant toffri l-irpoż lil ruħna. Għajruk illeġittmu, u frattant taqlagħna l-jedd biex nissejħu wlied adottivi tal-Missier etern. Ittimbrawk bħala xitan, u frattant keċċejt id-demonji u ħlistna mid-dominju tad-dlam. Int is-Sultan fuq kull sultan ieħor, u frattant tħallas it-taxxa. Mibjugħ għal tliet munita fiddiena, u frattant tajt ħajtek stess bħala riskatt għal bosta nies. Ma ridtx taqleb il-ġebel f’ħobż biex tissodisfa l-ġuħ estrem tiegħek, u frattant tajt ġismek stess bħala ħobż veru. Qabdek l-għatx u frattant int l-ilma tal-ħajja. Bkejt mal-qabar ta’ Lazzru sabiex timsaħ id-dmugħ tagħna. Kont miġjub bħala ħaruf għall-qatla, u frattant int ir-Ragħaj it-tajjeb. Mitt, u b’mewtek qridt is-setgħa tal-mewt. Mitt mewta ta’ midneb u frattant ġejt biex issalvana, midinbin miżerabbli. X’paradigma ta’ mħabba! X’mudell ta’ tjieba! X’fonti ta’ ispirazzjoni għalina! (A

Kuntatt

Pastor Paul Mizzi
Email: knisjaevangelika@yahoo.com
SMS: 79551446